Messages
Topic:
Simon Busuttil u l-PN qed ikunu dizonesti
Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Simon Busuttil qed ikun dizonest u juza tattici tal-passat biex jipprova iqarraq u jahbi l-falliment tal-PN.
Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista qed jippruvaw jaghtu l-impressjoni li l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista ivvutaw favur jinghata d-dritt tal-vot lill-immigranti illegali.
Din hija gidba mill-bidu sall-ahhar.
Il-Membri Parlamentari Laburisti ivvutaw KONTRA l-vot lill-immigranti illegali.
Il-vot tar-rapprezentanti tal-PL ghar-rapport finali imhejji minn Simon Busuttil kien l-istess preciz bhal dak tar-rapprezentanti tal-PN u jekk Simon Busuttil qed jikkritika dan, allura ikun qed jikkritika lilu nniffsu.
Bhala prova ta’ dan, il-PL qed jippubblika r-rizultati ufficjali tal-vot mahruga mill-Parlament Ewropew (pg 121-122): http://www.europarl.europa.eu/sce/data/votes_results/doc//AN.20090422.pdf
Simon Busuttil qed jipprova johloq kwistjoni li ma tezistix biex jahbi l-falliment tieghu u tal-PN li jdahhal il-kuncett tal-burden sharing ta’ bilfors sahansitra f’ dan ir-rapport.
Minflok, ir-rapport ta’ Busuttil, anki jekk hu rapport li ma jorbotx lill-UE, baqa’ mal-kuncett dghajjef ta’ burden-sharing volontarju.
Il-PN jipprova jaghti l-impressjoni li ghandu xi sahha specjali mall-Partiti Popolari Ewropej izda l-fatt jibqa li l-akbar kwistjoni li kellna dan l-ahhar dwar immigrazzjoni illegali kienet mal-Gvern Taljan, li huwa parti mill-Partit Popolari Ewropew, l-istess bhal PN.
Dikjarazzjoni tal-MPEs tal-PL
F’ dikjarazzjoni ufficjali li taw mal-vot, il-MPE tal-PL qalu li jemmnu li fl-interess nazzjonali l-Patt dwar ta'immigrazjoni mhux sodisfacenti. Huma innotaw b'dizappunt li r-rapport ma jaghmilx distinzjoni cara u referenza diretta ghall-"burden sharing" mandatorja (bil-fors). Huma ghamlu enfasi li ma jaqblux li l-immigranti handhom ikollhom id-dritt ghall-vot u ikkonkludew li ma jaqblux ma’ sistema ta' visa uniformi fiz-zona Schengen minflok sistemi nazzjonali fil-kaz li tizdied l-burakrazija u s-sistema issir anqas flessibli.
Ufficcju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista
Tel: 21 249 900 / 622
Apr 22, 2009
11:31 AM