Il-bogħod mill-istorbju u t-tniġġiż tal-ibliet tagħna.Il-bogħod mill-ħajja magħġġla li tneżżgħana kompletament mill-ispiritwalita’.Jeżisti raħal. Bejn ir-Rabat u Ħad Dingli.
Ħal Bernǎrd.
Ħal Bernǎrd ilu jezisti 700 sena…u anke uħud mill-abitanti tiegħu! Miriana Coljero’ hija l-istorja inkredibbli ta’ grupp ta’ nies speċjali li ilhom jgħixu f’nofsna għal seba’ sekli…moħbija. Protetti mill-abitanti tar-raħal fejn jgħixu…sal-lum. X’inhi l-immortalita’?Xi prezz lest tħallas għaliha?U xi prezz tispiċċa tħallas biex tirritorna lura mal-mortali? Miriana Coljero’ hija storja ta’ paċenzja, solitudni u imħabba mitlufa.